Datasheet

25
PL
Struzzjonijiet u Twissijiet Importanti tas-Sigurtà għall-Batteriji
tal-Jone tal-Litju (Li-Ion)
Linji Gwida Ġenerali u Twissijiet
Għandek taqra dawn l-istruzzjonijiet u twissijiet tas-sigurtà qabel ma tuża jew tiċċarġja
l-Weber Connect Smart Grilling Hub tiegħek.
Il-batteriji tal-Li-ion huma volatili. Jekk tonqos milli taqra u ssegwi l-istruzzjonijiet t‘hawn taħt, u
tiċċarġjahom jew tużahom ħażin, dan jista‘ jwassal għal nar, korriment personali u ħsara lill-proprjetà.
Il-pakketti tal-batteriji tal-Li-ion jistgħu jisplodu u jikkawżaw nar jekk jintużaw ħażin jew ikunu difettużi.
Uża biss iċ-ċarġer li jiġi mal-Weber Connect Smart Grilling Hub tiegħek. Tużax ċarġer NiMH jew NiCD. Jekk
tonqos milli tagħmel hekk, dan jista‘ jikkawża nar, li jista‘ jirriżulta f‘korriment personali u ħsara lill-proprje-
tà.
Tiċċarġjax meta t-temperatura tal-kamra tkun inqas minn 32F(0C) jew iktar minn 113F (45C).
Jekk fi kwalunkwe ħin tinnota li l-Weber Connect Smart Grilling Hub beda jdaħħan waqt li qed jiċċarġja,
waqqaf il-proċess tal-iċċarġjar minnufih, skonnettja l-kejbil u osservah f‘post sigur għal madwar
15-il minuta. L-osservazzjoni għandha ssir f‘żona sigura barra minn kwalunkwe bini jew vettura u ‚l bogħod
minn kwalunkwe materjal li jaqbad.
Qatt twaqqa‘ l-unità.
Tiċċarġjax il-batterija fil-preżenza ta‘ likwidi jew gassijiet fjammabbli.
Tesponix iċ-ċarġer għax-xita jew borra.
Tfal għandhom jiġu sorveljati biex jiġi żgurat li ma jilgħabux biċ-ċarġer tal-batterija.
Uża b‘kawtela sabiex tevita li ttaqqab iċ-ċellula. Titqib taċ-ċelluli jista‘ jikkawża nar.
Ħżin u Trasport
Aħżen l-unità f‘temperatura tal-kamra għall-aħjar riżultati.
Tesponix il-pakkett tal-batterija għad-dawl tax-xemx dirett / sħana għal perjodi twal ta‘ ħin.
Kwalunkwe esponiment għas-sħana jista‘ jikkawża ħsara sinifikanti jew korriment fatali.
Jekk taħżen il-batterija f‘temperaturi ogħla minn 140F (60C) għal perjodi twal ta‘ ħin
(iktar minn sagħtejn), dan jista‘ jikkawża ħsara lill-batterija u possibbilment nar.
Vultaġġ, Kapaċità, Kapaċità f‘Watts:
Vultaġġ: 3.7V
Kapaċità: 3.2Ah
Kapaċità f‘Watts: 11.7 Wh
MT